Il-Qorti Kriminali ċaħdet it-talba li jiġu ffriżati l-assi tal-eks Direttur u Kap tal-Uffiċċju Legali tal-bank Pilatus, Claude-Ann Sant Fournier, li tinsab mixlija b’reati ta’ ħasil ta’ flus.
L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera spjegat li l-ordni tal-iffriżar tista’ sservi biss ta’ preġudizzju kbir għall-akkużata bl-indħil tal-istat fl-użu ta’ proprjetà li nkisbet minnha b’mod leġittimu.
Fid-deċiżjoni tagħha l-Qorti nnotat ix-xhieda tal-Prosekuzzjoni li stqarret li fil-pussess tal-imputata m’hemm ebda proprjetà jew flejjes frott l-allegat attività kriminali.