Mara ta’ 36 sena ġiet illiberata minn akkuża ta’ pussess tad-droga ecstasy f’ċirkostanzi li ma kinitx għall-użu esklussiv tagħha.
Il-każ seħħ fl-2016 waqt il-Karnival tan-Nadur iżda l-każ beda jinstema’ fl-2019 u kien jittratta seba’ pilloli tal-ecstasy.
Fix-xhieda tagħha fil-Qorti hi sostniet li minn seba’ pilloli, tnejn biss kienu tagħha filwaqt li l-oħrajn kienu għall-grupp li kienet magħhom iżda kienet hi li ġarrithom fuqha.
Hi sostniet li bdiet tiddejjaq tikxef lil dawk li kienet magħhom meta nqabdet fil-pussess iżda stqarret ukoll li tul dawn l-aħħar snin qatgħet il-kumpanija ħażina u kompliet tirriforma ruħha.
Il-Maġistrat Joe Mifsud fis-sentenza tiegħu qal li każijiet bħal dawn għandhom jiġu trattati minnufih u mhux wara tliet snin biex persuna tingħata l-għajnuna mill-ewwel.
Filwaqt li l-Qorti illiberata mill-akkuża, xorta waħda sabitha ħatja ta’ pussess sempliċi u għaldaqstant ordnaha tħallas multa ta’ €100.