Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li wara tfittxija ma nstabet l-ebda bombda fuq il-vapuri tal-Gozo Channel.
Dan wara li persuna, li kienet qed tistenna f’wieħed mit-terminal tal-Gozo Channel allegat li semgħet żewġ persuni barranin jgħidu li kienet se sseħħ splużjoni fuq dgħajsa.
L-istess persuna telgħet abbord fuq il-Gozo Channel u marret fuq wieħed mill-membri tal-ekwipaġġ fejn qaltlu b’dak li kienet semgħet.
Minnufih il-membru tal-ekwipaġġ informa lil kaptan u minn hemm bdiet it-tfittxija għall-allegat bomba.
Fil-fatt it-tim tal-Explosive Ordnance Disposal fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malti wettqu tfittxijiet bir-reqqa kemm taħt l-ilma kif ukoll fuq il-vapuri kollha, fejn kollox irriżulta fin-negattiv.
Il-vapuri kollha, inkluż in-Nikolaos komplew joperaw sabiex il-queues li nġemgħu jaslu fid-destinazzjoni tagħhom mill-aktar fiss.