Donnu ħadd ma jrid jikkundanna l-attakki fil-konfront tal-Viċi Kap Nazzjonalista Mario Demarco. Wara li Simon Busuttil qal biss li ma kellux reazzjoni, id-deputat nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici li tikkontesta l-elezzjoni fuq l-istess distrett ta’ Demarco wkoll ma kkundannatx l-attakki fuq il-Viċi Kap. Dan l-għada li Demarco stess irreġixxa għall-attakki li saru fuqu.