Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk qal li hemm ftit li xejn ċans għal ftehim dwar Brexit fis-summit li se jsir din il-ġimgħa fi Brussell mal-Mexxejja Ewropej. Huwa qal li l-kwistjoni tal-fruntieri Irlandiżi hija wisq determinanti.
Huwa żied jgħid li mhux ottimist li l-kwistjoni Brexit tkun solvuta waqt is-summit ta’ din il-ġimgħa, u appella lill-Prim Ministru Ingliż Theresa May biex tul dawn il-jiem toħroġ bi proposti konkreti għall-ftehim.
“L-uniku sors ta’ tama li għandu li se nilħqu xi forma ta’ ftehim hu s-sens ta’ rieda tajba u determinazzjoni taż-żewġ naħat”, saħaq Tusk f’konfernza fi Brussell iktar kmieni llum.