Tliet Imħallfin tal-Qorti Kostituzzjonali ma aċċettawx l-appell tal-Avukat tal-Istat biex ma jiġix sospiż il-ġudizzju fl-appell li għamel Christopher Bartolo, li kien ikkundannat ħames snin ħabs b’rabta ma’ traffikar tal-kannabis.
Il-Qorti qalet kif id-deċiżjoni li jiġi sospiż is-smigħ tal-każ kienet deċiżjoni tajba għaliex jista jkun hemm effetti irriversibbli fuq Bartolo minħabba l-istat tal-każ.
Fi proċeduri separati f’Novembru tal-elfejn u sbatax l-avukati ta’ Bartolo ilmentaw mill-fatt li l-każ jiġi sospiż.
Huma qalu wkoll li d-dritt ta’ Bartolo nkiser wara li dan ta’ x-xhieda tiegħu mingħajr il-preżenza tal-avukat.