Il-Kap ta’ Hong Kong Carrie Lam qalet li ma tistax taċċetta l-allegazzjonijiet li l-libertà tal-istampa f’pajjiżha qed taffaċċja estinzjoni.
Hija qalet dan waqt konferenza tal-aħbarijiet li tagħmel kull nhar ta’ Tlieta.
Lam tenniet dan il-kliem wara li kamra tal-aħbarijiet indipendenti oħra kellha tagħlaq il-bibien tagħha minħabba biża’ dwar is-sigurtà tal-ħaddiema tagħha.
Dan sar wara li ftit tal-jiem ilu aġenzija tal-aħbarijiet indipendenti oħra sarilha rejd mill-pulizija.
Minkejja li ċ-Ċina kienet wegħdet li se tirrispetta l-libertà ta’ nies ta’ Hong Kong, inkuż il-libertà tal-istampa, meta fl-1997 ħadet il-kontroll tal-pajjiż mir-Renju Unit, fl-aħħar snin, dan il-ftehim sfuma fix-xejn.