Din l-esperjenza u aktar li ġew irrakuntati mill-missjunarji Maltin infushom ġew mgħaqqda fil-ktieb bl-isem; Ġrajjiet minn fomm il-missjunarji Maltin u Għawdxin.
Il-missjunarji Maltin rrakontaw l-esperjenzi tagħhom, wħud li jkexkxuk f’dan il-ktieb sabiex il-Maltin ikunu jistgħu jesperjenzaw u jieħdu idea tad-diversi ġrajjiet li l-missjunarji jiltaqgħu magħhom fil-pajjiżi li jkunu qed iservu fihom. Bħalissa hawn madwar 700 missjunarju Malti jaqdi missjoni f’numru kbir ta’ pajjiżi madwar id-dinja.
Kull esperjenza minn dawk li hemm f’dan il-ktieb pubblikat mill-missio għandha storja warajha u minkejja li hemm diversi esperjenzi ta’ qtugħ il-qalb hemm numru ta’ esperjenzi li jagħtuk kuraġġ u li jnisslulek tbissima. Il-ktieb se jkun qed jinbiegħ mill-ħanut ta’ Missio fil-Belt Valletta jew mill-uffiċċju missjunarju fir-Rabat Għawdex