Mara ta’ 31 sena ma sofriet l-ebda ġrieħi wara li żewġt irġiel daħlu jisirqu xi ġojjelli f’darha. Il-każ seħħ f’dar fi Triq iż-Żejtun f’Marsaxlokk għall-ħabta tal-11:20 tal-bieraħ filgħodu.
Il-każ seħħ f’dar fi Triq iż-Żejtun f’Marsaxlokk għall-ħabta tal-11:20 tat-Tlieta filgħodu.
Hija indunat li daħlu jisirquha minħabba li rat il-bieb żgassat.
Kelliem għall-Pulizija qal lil one.com.mt li ż-żewġt irġiel ħarbu jiġru minn fuq il-post u bħalissa għaddejja tfittxija għalihom.