Il-Ġermanja jaf ikun il-pajjiż Ewropew li jmiss li jipprojbixxi kull tip ta’ lbies reliġjuż li jgħatti l-wiċċ. Dan tħabbar mill-uffiċjali tal-koalizzjoni.
L-uffiċjali għandhom l-intenzjoni li ma jippermetux dan it-tip ta’ lbies f’postijiet pubbliċi fejn hemm bżonn ta’ identifikazzjoni, bħal skejjel, kindergartens kif ukoll uffiċini tal-gvern. Huma stqarru li dan it-tip ta’ lbies ma jikumplimentax s-soċjetá Ġermaniża.
Waqt konferenza stampa, l-Ministru għall-Intern Thomas De Maizere qal li huma ma jridx mhux biss il-burka, iżda kull tip ta’ velu ieħor li jgħatti parti sostanzjali tal-wiċċ u jħalli jidhru biss l-għajnejn.