Ma riedux jafu u baqgħu jirrifjutaw li jwaqqfu kumitat tal-finanzi, għax hekk kien jaqblilhom. Qed nitkellmu dwar l-aħwa Said fin-Nadur, u sħabhom kunsilliera Nazzjonalisti.
Tkellimna aħna stess ma kunsilliera oħra li kkonfermawlna kemm-il darba sabu oppożizzjoni meta riedu li jitwaqqaf dan il-kumitat. Ħarsa lejn il-liġi turina li n-nuqqas ta’ twaqqif ta’ dan il-kumitat tfisser ksur ta’ liġi.