L-istint tal-omm mall-ewwel jibda jinħass dan hekk kif omm twelled tkun trid li żżomm lit-tarbija f’idejha. Iżda dan ma kienx il-każ għal omm ġidida bl-isem ta’ Danielle Johnson, li kellhom jgħaddu tleit xhur sakemm aċċettat li żżomm lil binha f’idha. L-omm sabitha diffiċli li taċċetta li iben wara li welldet waqt li kienet f’koma.
Johnson li għandha 24 sena kienet se twelled ħames ġimgħat kmieni wara li spiċċat ma tiflaħx serjament u t-tobba ma kellhomx għażla oħra ħlief li jpoġġuha f’koma.
It-tobba wettqu ċesarja waqt li hi kienet għadha mitlufa minn sensiha, fejn bis-saħħa ta’ hekk twieled binha Lucas.
Wara t-twelid, Johnson għamlet tliet ġimgħat oħra mitlufa minn sensiha u kif fetħet għajnejha kienet ċerta li binha Lucas kien miet.
Għall-ewwel spiċċat anke tattakka lil ħuha fejn bdiet takkużah li beda jiġdeb li Lucas għadu ħaj, izda bilmod il-mod bdiet taċċetta ir-realtà.
Ma kinitx faċli biex bdiet toħloq relazzjoni ma’ Lucas iżda issa ma toqgħodx mingħajru.