Michael Azzopardi ta’ 58 sena mir-Rabat, sid ta’ ħanut tas-snieter u skrataċ, kien illiberat minn akkużi li kien qed jippjana reat.
Il-każ imur lura għal Ġunju 2013, meta l-pulizija għamlet spezzjoni fil-ħanut ta’ Azzopardi u sabet li r-reġistru li kien qed izzomm ma kienx aġġornat kif suppost.
Dakinhar kellu kunsinna ta’ munizzjon aktar milli ppermettiet il-liġi dak iz-zmien , għalkemm emendi fil-liġi s-sena l-oħra għamluha possibbli li l-ammont ta’ munizzjoni permissibli bil-liġi jkun izjed minn dak li kellu Azzopardi.
Ir-raġel kien mmultat €1,164 talli ma kellux il-kotba kif suppost.