Ma nistgħux inkomplu neskludu n-nies, nobgħoduhom u niġġudikawhom u mbagħad nistennew li jħobbu lil Kristu tagħna.
Hekk kiteb Father Karm Debattista, l-għada li l-Parlament approva liġi storika li ġġib l-ugwaljanza fiż-żwieġ.
Ma speċifikax għalxiex kien qed jgħid, iżda fid-diversi diskorsi fil-Parlament, ħafna kienu dawk il-politiċi fuq in-naħa tal-Partit Laburista li esprimew xewqa qawwija li persuni LGBTIQ ma jibqgħux iġġudikati.Il-pożizzjoni tal-Knisja, komunikata permezz tal-Arċisqof Charles J. Scicluna, kienet li tirrispetta lill-persuni omosesswali iżda “tgħid x’tgħid il-liġi, iż-żwieġ jibqa’ l-għaqda dejjiema u esklussiva bejn raġel u mara li bl-imħabba u mill-imħabba ta’ bejniethom jitnisslu l-ulied.”