Il-Prim Ministru Robert Abela laqa’ l-istedina li saret lilu mill-Patrijiet Franġiskani biex iżur is-Soup Kitchen.
F’messaġġ fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, il-Prim Ministru waqt iż-żjara tiegħu niżel jiekol mal-persuni li jużaw proprju dan is-servizz.
Hu sostna kif fis-soċjetà tagħna jibqgħu jeżistu realtajiet li jeħtieġu attenzjoni partikolari hekk kif ċirkostanzi differenti jwasslu għal bżonnijiet differenti.
Hu qal kif lil’hinn minn x’inhi ċ-ċirkostanza, wieħed ma jista’ jagħlaq għajnejh għall-ebda realtà. Hu temm billi qal li jeħtieġ li nibqgħu nifhmu dak li jkun għaddej madwarna u naġixxu fejn meħtieġ.