“Ma nistax nemmen li qed nikteb dan il-kliem.” Stqarret it-tifla tat-tabib Aaron Casha li tilef ħajtu kawża tal-Coronavirus.
Hija stqarret li r-reżiljenza ta’ missierha kienet taffaxxina lil kulħadd, speċjalment matul dawn l-10 snin u b’mod partikolari din is-sena.
Il-bint kompliet tgħid li tinsab kburija li għamlet minn kollox biex missierha jħossu komdu, mifhum u maħbub. Hija tħossha xxurtjata li kellha lilu bħala missierha.
Il-bint qalet li se tħoss in-nuqqas tad-diskursati u l-mumenti fejn kienu jaqsmu l-interessi tagħhom Imma qalet li l-unika konsolazzjoni li għandha hi li taf li issa jinsab f’post aħjar u li ma għadux jissielet mal-ħajja.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/05/13/il-professur-tal-qalb-aaron-casha-huwa-s-sitt-persuna-li-miet-bil-covid-19/
https://www.one.com.mt/2020/05/13/ragel-ta-53-sena-li-kellu-kundizzjonijiet-medici-kronici-miet-infettat-bil-covid-19/