“Qatt ma bsart li ħa tħallina hekk, lanqas f’mitt sena ma bsart li ħa jkolli nikteb dan kollu.”
Dan huwa dak li kitbet Dorothy Attard, bint Charlie li miet dalgħodu wara li ċeda saqaf f’latrina fid-Dwejra Għawdex.
“Missier ma nistax nemmen li mhux ħa narak aktar, nisma’ leħnek iktar, ngħannqek iktar u daqhekk qbadt miegħek, ħaġa li ħa nħoss in-nuqqas tagħha wisq”, sostniet bint il-vittma li żiedet tgħid li missierha ma kienx ħaqqu jmut kif miet.
Hija saħqet li d-destin kien wisq kiefer għaliex misserha telaq din id-dinja kmieni wisq.
Dorothy Attard qalet li missierha kellu għal qalbu l-festa u l-knejjes.
Hija ddeskriviet lil missierha bħala raġel tal-familja u ta’ prinċipji.
Sostniet li missierha għallimha ħafna u taha bosta pariri, iżda kien qalet li kien baqgħalhom ħafna x’jagħmlu flimkien.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/03/18/hallejtna-kmieni-wisq-zi-in-neputija-tal-vittma-ta-dalghodu-fid-dwejra/