Oħt Brandon Pace, li l-Ħadd li għadda inqatel wara ġlieda fil-Ħamrun qalet li għadha ma tistax taċċetta l-fatt li miet f’idha.
“Żammejtu miegħi sal-aħħar,” qalet f’intervista fil-programm Xarabank filwaqt li tenniet li hi “kiefra wisq tarah imut f’idejk.”
Filwaqt li ma naqasx id-diskors ta’ tifħir lejn ħuha u t-tifkiriet sbieħ li kellha tiegħu tkellmet ukoll dwar l-allegat qattiela. “Nemmen li ma ġewx biex joqtluh,” qalet oħra Pace li żiedet bilfors tirrabja meta qatlulha l-ħuha imma temmen li tasal taħfer.
Tkellem ukoll missier Brandon Pace li fil-jum li nqatel ibnu kien il-ħabs. Kienet bintu li kkomunikat l-aħbar. “Ċempiltilha fuq il-mobile. Qaltli ‘da qatlu l-gallali’,” qal il-missier Sylvester li nnota kif għaxar minuti qabel kien qed ikellmu fuq it-telephone. “Ħaduli ħajti,” qal il-missier li ammetta li żbalja kemm –il darba.
“Ħafna minn nies li għamilt il-ħsara ħafruli u lil dawn in-nies naħfrilhom. Għax jien ġejt maħfur,” qal il-missier.