Lanqas BFA ma jaf min ikun Deputat Prim Ministru
Il-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami, wkoll ma jafx min se jkun Deputat Prim Ministru jekk il-Partit Nazzjonalista jirbaħ il-Gvern. Il-prassi dejjem kienet li l-Viċi-Kap jew Deputat Mexxej ta’ partit isir Deputat Prim Ministru.
Iżda, fil-koalizzjoni tal-Partit Nazzjonalista u l-Partit Demokratiku xejn mhu ċar.
Jiem ilu Mario De Marco qal li ma jafx ikunx hu l-Viċi-Kap bħala n-numru tnejn fil-partit. Issa, anke Beppe Fenech Adami m’għandux tweġiba. Staqsejnih ux se jkun hu, Marlene Farrugia jew Mario De Marco iżda ma kellux tweġiba. Qal li wieħed irid jara wara l-elezzjoni ġenerali.