L-Istrina bdiet bil-kummenti taċ-ċkejken Samuel, li jolqtu fil-laħam il-ħaj.
Beda bl-appelli l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil li qal li bħala soċjetà, nistgħu inkun aħjar milli aħna. Hua f’idejn il-poplu Malti li jgħin lil min għandu bżonn. Qal li nies bħaċ-ċkejken Samuel iservi ta’ ispirazzjoni.
L-Arċisqof ukoll irringrazzja lil Samuel tax-xhieda tiegħu. Awgura li l-Maltin u Għawdxin jagħmlu dan il-jum innu ta’ solidarjetà konkreta. Awgura lil min se jkollu bżonn l-għajnuna tal-komunità biex ma jaqtax qalbu fiċ-ċirkostanzi li jinsab fihom.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar il-ferħ u l-pożittività tal-ħajja. Qal li dan il-jum huwa jum ta’ ispirazzjoni, tama, tiġdid, u fejn ikollna skop. Permezz tal-Istrina l-attivitajiet tal-Milied ikollhom skop. Qal li min se jgawdi minn dawn il-flus lanqas biss jaf li se jkun qed igawdi minnhom. “Meta qed terfa’ dak it-telephone, jista’ jkun qed tgħin lilek innifsek ukoll”.
Edgar Preca qal li kieku kulħadd bħal Samuel, la hawn gwerer u lanqas ġlied. Irringrazzja bil-quddiem lill-poplu Malti u Għawdxi. Martu, il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca qalet li tiftakar f’omm Samuel Mary-Rose, li qed tagħmillu ħajtu ħafna aħjar milli tista’ tkun. Qalet li l-ħajja kif tagħmilha inti, u Samuel jirrappreżenta dak li fil-jum tal-Istrina l-poplu Malti jagħmel għal xulxin.