Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech, kellu messaġġ wieħed meta mistoqsi dwar id-dettalji tal-iskandlu PAGIPN li permezz tiegħu kienu qed joħorġu invoices foloz biex jitħallsu uffiċjali għolja tal-Partit Nazzjonalista; “tistaqsix lili.”
Filwaqt li qal li joqgħod fuq id-dikjarazzjonijiet tal-Partit Nazzjonalista, Claudio Grech qalilna iktar minn darba li hu mhux involut fl-amministrazzjoni u għalhekk mhux mgħarraf dwar dawk li sejjaħ l-arranġamenti kummerċjali. Staqsejna għal iktar minn darba jekk Simon Busuttil għamilx sew meta talab is-salarji ta’ żewġ uffiċjali għolja mingħand negozjant u Claudio Grech kompla jgħidilna biex ma nistaqsux lilu dwar dak li hu marbut mal-amministrattiv.
“Fuq arranġementi ta’ reklamar jew mhux reklamar jiena ma’ nista’ ngħidlek xejn għax jien mhux involut,” qal Claudio Grech.