“Ma nispekulax, ngħid il-fatti” – il-PM mistoqsi dwar ir-rapport fuq ir-Russja
Il-Prim Ministru Joseph Muscat reġa’ kien mistoqsi dwar is-sitwazzjoni ta’ rapporti dwar ir-Russja. Qal li huwa minnu li Malta kellha twissija ta’ xi forma ta’ tpattija fil-konfront tagħha.
Kif diġà kkonferma, servizzi sigrieti ta’ żewġ pajjiżi ħbieb Malta infurmaw lill-Gvern Malti li din l-istorja setgħet inħolqot wara li Malta rrifjutat li tipprovdi fuel lill-vapuri Russi li kienu sejrin is-Srija.
Però qal li ma kellu ebda tip ta’ prova li din il-persuna hija relatata mas-servizzi Russi.
Sostna li l-kwistjoni hija gidba, u jekk għamilhiex Simon Busuttil waħdu jew bellaħħielux xi ħadd u rikeb fuqha, l-poplu Malti se jiskopri fiż-żmien li ġej.
Dwar l-inkjesta tal-Maġistrat fl-allegazzjonijiet fuq Egrant, mhux biss m’hemmx prova imma m’hemmx ħjiel ta’ verità.
L-informazzjoni ilha għand il-Prim Ministru, spjega Joseph Muscat. “Bħala Prim Ministru ma nilgħabx fuq issues tal-pajjiż”. Grazzi għal sors barrani, il-kwistjoni sabet ruħha mal-erbat’irjiħat.
“Staqsewni informazzjoni skjetta” qal Muscat. “Kelli għażla, nigdeb jew ngħid il-verità”. Żied jgħid “mhux se noqod nispekola. Għandi d-dover li ngħid il-fatti”.