Id-deputat Prim Ministru Louis Grech qal li sa issa ħadd ma jaf x’se tkun il-bażi tan-negozjati bejn l-UE u r-Renju Unit biex dawn joħorġu mill-Unjoni. Li hu magħruf hu li f’nofs il-presidenza Maltija, l-Ingliżi mistennija jattivaw Artiklu 50 tat-Trattat.
Meta kien qed jagħlaq id-diskussjoni dwar il-voti tal-ministeru tiegħu, il-Ministru Grech qal li għada stess se jkollu laqgħat man-negozjatur ewlieni Michel Barnier f’Malta.
“L-idea ġenerali hija li ma nħottux pontijiet, anzi nibnuhom, iżdfa mhux à skapitu ta’ ċerti prinċipji fundamentali Ewropej. Dan se jkun japplika fejn jidħlu n-negozjati dwar is-suq ewlieni, speċjalment fejn jidħol il-moviment ta’ persuni.”
Meta għadda biex semma l-effetti tal-Brexit fuq l-Ewropa u fuq Malta, il-Ministru Grech. Qal li fuq l-Ewropa, din tista’ tkun preċedent għal movimenti nazzjonalisti f’pajjiżi oħra li jsegwu l-eżempju tar-Renju Unit. Dan il-proċess twil u skabruż qed iġib inċertezzi għax l-UE se titlef il-ħames l-akbar ekonomija fid-dinja b’impatt negattiv fuq l-ekonomija ewropea u s-suq waħdani.
Huwa qal li l-budget ewropew irid ikun ri-dimenzjonat. Jista’ jkun hemm effetti negattivi fuq l-immigrazzjoni u minflok koperazzjoni bejn ir-Renju Unit u l-istat membri l-oħra jista’ jibda jkun hemm konfrontazzjoni u kompetizzjoni. Malta dan ma tixtiequx.
Fuq Malta, is-Sur Grech qal l-indikazzjonijiet li għandu l-gvern s’issa huma li mhux mistenni li l-banek lokali se jkunu esposti ghaħ riskji jew problemi ta’ likwidità, mhux se jkun hemm impatt negattiv fuq l-investiment Ingliż f’Malta, m’hemmx riperkussjonijiet fuq il-pensjonijiet tas-servizzi, mhux mistennija deroga mill-VAT fuq ikel u mediċini li tkun affettwata. Madankollu, qal li jridu jaraw x’tista tkun il-pożizzjoni fuq l-esportazzjoni Maltija lejn ir-Renju Unit u t-turiżmu mir-Renju Unit, il-Maltin li jaħdmu hemmhekk u l-istudenti li jaġdmu hemmhekk.
“Dan jiddependi ħafna minn kif jiżvolġu n-negozjati mar-Renju Unit.”
Il-Ministru Grech irriaffirma li l-gvern diġa’ qed jaħdem fuq pjan biex dawn l-effetti negattivi jittaffew jew jitneħħew, anke jekk għad iridu jaraw x’tip ta’ Brecit se jkun hemm.
Fuq livell bi-laterali bejnMalta u r-Renju Unit, huwa qal li l-gvern se jaħdem biex ikompli fuq is-sisien sodi ta’ koperazzjoni li kellna u għad għandna bejnietna fl-oqsma tas-saħħa, l-edukazzjoni, kultura u turiżmu.
Il-Ministru qal li waqqaf Brexit Unit fi ħdan il-ministeru biex flimkien ma’ ministri oħra jeżaminaw ir-riperkussjonijiet u l-otenzjal ta’ opportunitajiet li jistgħu jinfetħu, fposthom il-management tal-assi finanzjarji, l-industrija tal-gaming u servizi finanzjarji.
Qali li l-Brexit jista’ jkollha effett fuq il-multi-finanzia framework, inklużi l-fondi Ewropej.