Żagħżugħ ta’ 19-il sena minn San Pawl il-Baħar tressaq fil-Qorti t’Għawdex taħt arrest quddiem Il-Maġistrat Dr Paul Coppini.
Iż-żagħżugħ kien akkużat li fit-2 ta’ Diċembru waqt li kien fil-Munxar, Għawdex. ikkommetta serq aggravat u kellu fil-pusses tiegħu oġġetti akkwistati b’reat. Kif ukoll, kiser ordni ta’ probation u kien riċediv.
L-akkużat wieġeb li mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih iżda ma ngħatax il-libertà.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.