L-investiment huwa akkumulazzjoni ta’ kapital li jwassal għal tkabbir ekonomiku. Ċentrali għal dan il-għan ta’ tkabbir ekonomiku huwa l-Bank Malti tal-Iżvilupp.
Dan il-bank mmexxi mill-Gvern u li twaqqaf fl-2017, huwa intiż sabiex jgħin lill- investituri biex f’pajjiżna jwettqu proġetti ta’ skala kbira tant li l-finanzjament tagħhom ikun ferm ikbar milli l-banek kummerċjali jkunu jistgħu jsellfu għalih.
Dan il-bank jagħmel tajjeb ukoll għall-proġetti iżgħar li minkejja li jkollhom potenzjal għall-ekonomija, banek kummerċjali ma jarawx lok li jsellfu l-flus għalih.
Dan ġie spjegat mill-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna waqt seminar dwar il-banek ta’ investiment u żvilupp li sar it-Tnejn filgħodu fil-bank ċentrali ta’ Malta.
Il-Ministru Edward Scicluna qal “Jieħu jew proġetti kbar li l-banek normali ma jieħdux għax huma kbar iżżejjed għalihom. Jew inkella kultant proġetti żgħar bħal self lill-SME’s, in-negozjanti ż-żgħar li għalkemm huma żgħar għal banek kummerċjali huma riskjużi għax jistgħu ifallu. Bl-ingliż ngħidulu market failure fejn is-suq waħdu mhux se jikkreah. Għalhekk jidħol bank ta’ żvilupp imwaqqaf mill-Gvern biex jimla l-vojt li jħallu banek oħrajn.
Il-Ministru saħaq li l-investiment m’għandux jitnaqqas. Prinċipju, li ġie xprunat fil-bank tal-iżvilupp.
Il-Ministru Scicluna kompla jirrimarka li “L-investiment fl-ekonomija hija l-iktar ħaġa li nieħdu bis-serjetà għax twassal għat-tkabbir ekonomiku u min hu kontra t-tkabbir ekonomiku? Il-ħolqien ta’ impjiegi? U għalhekk sew jekk hux bank ta’ żvilupp jew inkella dwar concessions u investiment bejn il-Gvern u l-privat huma suġġetti li jittieħdu bis-serjetà ħafna.
Il-Professur Scicluna qal ukoll li l-gvern qed iħares lejn proġetti bi sħubija mal-privat u t-titjib li jista jsir f’dan ir-rigward permezz ta’ riforma sabiex tigi ċċentralizzata l-għarfien tal-intrapriża”
Concession tal-Gvern li ngħidulhom Public Private Partnerships li l-Gvern hemmhekk qed jaħseb li jkun hemm riformi billi jwaqqaf xi aġenzija li tkun tista timmonitorja din l-attività anke meta jgħaddu 10 snin u 20 sena.
Il-Bank Malti tal-Iżvilupp huwa xhieda ta’ Gvern li jrid jinċentiva u jgħin l-intrapriża lokali.