L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal, immexxi minn Pauline Miceli, segwa b’ interess l-istorja ta’ Willa Naylor, it-tifla transġeneru, li ġiet rrapportata reċentement fil-mezzi tal-istampa u qal li jinsab imħasseb dwar ir-riskju li din il-materja tiġi personalizzata tant li tfal partikolari jsiru simboli tat-tfal transġeneri.
L-Uffiċċju stqarr li meta jirċievu espożizzjoni u attenzjoni żejda mill-midja jistgħu jiġu idolizzati jew demonizzati minn sezzjonijiet differenti tal-pubbliku f’dik li għadha materja kontroversjali. Dan jagħmel ħsara lit-tfal ikkonċernati u lill-familji tagħhom, li minkejja l-eżitu pożittiv tal-każ jibqgħu vulnerabbli.
“Jista’ wkoll ixekkel il-possibilità li iktar tard fil-ħajja t-tfal jerġgħu jiskopru l-ġeneru oriġinali bħalha dak tagħhom. Dan hu magħruf li jiġri f’xi każijiet.”
Hawnhekk l-Uffiċċju appella lill-operaturi tal-midja, attivisti soċjali u l-pubbliku għall-prudenza u sensitività fl-aħjar interess tat-tfal fil-komunikazzjoni ta’ u r-reazzjoni għal dawn l-istejjer personali ta’ tfal.
Ġie rrimarkat li hija ħaġa ta’ min ifaħħarha li tul dan il-proċess, Willa kellha appoġġ sħiħ mill-ġenituri tagħha u minn qafas legali li ppermettilha tirrikonċilja identità tal-ġeneru uffiċjali mal-identità ġewwinija tagħha. Min-naħa tagħha, l-isforzi ta’ Willa li taqsam l-istorja ma’ ħaddieħor permezz tal-ktieb li ppubblikat u tal-involviment attiv tagħha favur id-drittijiet tat-tfal transġenerihuma ta’ min jammirhom.
L-istorja personali ta’ tifel jew tifla transġeneru partikolari hija mezz tajjeb biex titqajjem kuxjenza pubblika pożittiva dwar materja importanti u kurrenti bħal din, qal l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Tfal.
Ritratt: Facebook