Fil-Parlament, min tela’ f’isem l-aħmar u min tela’ f’isem il-blu.
Imma fejn jidħol il-futbol l-alleanzi jinbidlu u l-iktar kuluri li jidher li jiddominaw huma l-abjad u l-blu.
Hekk irriżultalna meta staqsejna lill-membri parlamentari dwar kif qed isegwu l-kampjonat tal-Ewro elfejn u erbgħa u għoxrin.
Bħal ħafna eluf oħra qed jipprovaw isibu xi ftit tal-ħin biex jaraw lit-tim favori tagħhom jilgħab.
U aħna kien jinteressana nsaqsu xi ftit dwar dan.
Qed isegwu? U min hu t-tim favorit tagħhom?
L-azzuri, jew aħjar l-Italja, huma popolari sew fost dawk li f’pajjiżna jagħmlu l-liġijiet.
Staqsejna wkoll lill-Kap tal-Oppożizzjoni. Li bħal dejjem mal-mikrofonu tagħna jwieġeb għal dak li ma nkunux saqsejnih.
Min-naħa tiegħu, l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qalilna li jżomm mal-Ingliżi, u bħalu oħrajn. Jidher li din id-darba qalbhom qawwija!
Il-Prim Ministru m’għandux tim partikolari.
Però donnu hemm min ipatti għalih, għax għal tim, għandu tnejn jekk mhux tlieta.
U l-Ministru għas-Saħħa mħasseb dwar is-saħħa tal-istilla tat-tim li jżomm miegħu.
Insomma, sa nofs Lulju d-deni tal-logħba tal-futbol mhux mistenni jonqos.
Anzi jiżdied, għax issa ftit ftit jiem tibda l-fażi knock out, fejn min jitlef ikun eliminat.
U għalkemm xi tbaqiba ma tonqosx l-atmosfera li tinħoloq hi dejjem waħda sabiħa.
Forsi japprezza l-iktar min m’għandux team favorit?!