Il-kap Nazzjonalista Simon Busuttil ma lissinx kelma dwar l-invoices foloz fl-iskandlu skema pagi PN.
Dan waqt intervista fuq l-istazzjon nazzjonalista li saret fl-istess jum li sar magħruf li l-invoices li ħarġu mill-Partit Nazzjonalista jsejjħu lill-kumpanija Sky Gourmet, kumpanija sussidjarja tad-DB Group.
F’intervista t’aktar minn għoxrin minuta, Busuttil tkellem fuq korruzzjoni mingħajr m’aċċenna għall-iskandlu li heżżeż lill-Partit Nazzjonalista. Kompla bl-attakki tiegħu fuq ħidmet il-gvern u temm jgħid li bih Prim Ministru se jkollna pajjiż normali.