Fil-Parlament il-Ministru għall-Intern u Sigurta’ Nazzjonali Carmelo Abela kien mistoqsi jgħid jekk bejn l-1 ta’ Jannar 2005 u Marzu tal-2013 ġewx promossi uffiċjali fir-ranks ta’ Lieutenant Colonel u ta’ Colonel fil-Forzi Armati ta’ Malta mingħajr ma kellhom xi Staff Course barra l-pajjiż.
Irriżulta li fi żmien il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern, żewġ uffiċjali ma lestewx il-Formation course b’suċċess – wieħed għal darbtejn fuq raġuni medika, u l-ieħor fuq każ ta’ dixxiplina.
Iż-żewġ Uffiċjali msemmija baqgħu telgħin sat-tieni l-ogħla grad fl-Armata – Kurunell – u ħadd minnhom ma kien ġie mitlub jirrifondi xi spejjeż relatati mal-kors li ma temmewx.
Mill-20 Uffiċjal li ġew promossi għall-grad ta’ Logutenent Kurunell fil-Forzi Armati ta’ Malta, 15 ma kellhomx Staff Course barra l-pajjiż meta ġew promossi.
U mis-7 Uffiċjali li ġew promossi għall-grad ta’ Kurunell, ħamsa ma kellhomx Staff Course barra l-pajjiż meta ġew promossi.