Serb ta’ 37 sena mill-Qawra li kien ilu mfittex mill-Pulizija erba’ snin, ġie arrestat u kien ikkundannat sitt xhur ħabs wara li ammetta li kien fil-pussess ta’ karta tal-identità falza, u li kien qed jgħix f’pajjiżna illegalment.
Is-Serb instab wara li kien intervistat fuq gazzetta barranija dwar is-suċċess li qed jagħmel fix-xogħol tiegħu fit-torti f’pajjiżna. Suċċess li żiedlu fis-sentenza, hekk kif ġie akkużat ukoll li ma ddikjarax in-negozju tiegħu ma’ JobsPlus.
Fil-Qorti ħareġ li l-akkużat kien ibiegħ mal-mitejn torta kuljum għal għaxar ewro ’l waħda. Wara li jiskonta l-piena, is-Serb mistenni jkun deportat lejn pajjiżu.