Ma kinitx magħmudija faċli.
Kliem l-Opinjonista Felix Agius dwar l-ewwel mitt jum ta’ Robert Abela bħala Mexxej tal-Partit Laburista u Prim Ministru ta’ Malta.
Huwa stqarr: “L-ewwel mitt jum kienu mitt jum li fihom kellu jieħu deċiżjonijiet diffiċli ħafna imma fl-ewwel jiem wera li huwa bniedem li kapaċi jieħu deċiżjonijiet kuraġġużi.”
Fost dawn id-deċiżjonijiet semma l-għażla tal-Kabinett, u l-miżuri mediċi u ekonomiċi b’rabta mal-pandemija tal-Coronavirus.
Agius sostna: “F’dan kollu, fl-opinjoni tiegħi, il-Prim Ministru Robert Abela wera kemm hu mexxej li lest li jikkonsulta. Jikkonsulta mhux biss mal-kollegi tiegħu fil-Kabinett u fil-Grupp Parlamentari imma mal-istakeholders kollha li eventwalment iwasslu għal deċiżjonijiet u passi konkreti.”
L-opinjonista qal li dan kollu jawgura tajjeb ħafna għall-futur ta’ Robert Abela għax wera li hu Prim Ministru li jikkonsulta u jiddeċiedi fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi.
Agius kompla jgħid: “Għandu kuraġġ biżżejjed biex dak li verament iħoss li jkun fl-interess tal-pajjiż, iwettqu.”