Eritrejan ta’ tletin sena ma ngħatax ħelsien mill-arrest wara li insista li ma użax passaport falz biex jidħol Malta.
Mal-wasla tiegħu f’pajjiżna fit-23 ta’ Jannar bil-ħsieb li jfittex impjieg, Addis Tekly, inżamm l-ajrport meta l-awtoritajiet issuspettaw li l-passaport li kellu fuqu kien falz. Fil-Qorti l-akkużat ammetta li ħallas €150 għall-passaport li bih iddaħħal Malta, u li ma kienx jaf li falz. Madanakollu rrifjuta jgħid mingħand min xtrah.
Il-Qorti qalet li minħabba li l-imputat ma kellux indirizz fiss jew sehem f’Malta, ma kienx jippermetti li Tekly jingħata l-ħelsien mill-arrest, u għaldaqstant se jinżamm mill-Pulizija.