F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Viċi President tal-Istati Uniti Kamala Harris ikkonċediet it-telfa lil Donald Trump.
Hija tkelmet ftit sigħat wara li tħabbar li Trump ġab aktar minn 270 vot fil-kulleġġ tal-eletturi, li hemm bżonn biex wieħed jikseb maġġoranza.
Harris sostniet li dan ma kienx ir-riżultat li ħadmet għalih, waqt li qalet li hi mhux se taqta’ qalbha.
Il-Viċi President uxxenti qalet li hija kburija bil-kampanja elettorali li għamlet flimkien mal-partitarji tagħha.
Kamala Harris saħqet ukoll li ż-żmien tranżitorju tal-Gvern għandu jkun wieħed ta’ paċi biex tkompli tirrenja d-demokrazija.