Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika George Hyzler ikkonkluda li l-Ministru Ian Borg ma kisirx l-etika meta ħareġ riklam fuq il-gazzetta t-Torċa fejn awgura l-Għid it-Tajjeb lill-pubbliku.
Ir-rapport kien imsejjes fuq ilment ta’ Arnold Cassola u mill-investigazzjoni li ħejja l-Kummissarju rriżulta li r-riklam, li jiswa tnejn u tmenin ewro u sittin ċenteżmu kien imħallas mill-Ministru Ian Borg personalment u mhux mill-Ministeru tiegħu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan il-fatt ġie vverifikat permezz ta’ irċevuta tal-ħlas fost oħrajn.