Rapport mitlub mill-Ispeaker Anġlu Farrugia b’rabta m’allegazzjonijiet li saru madwar xahar ilu kkonkluda li ma kien qed isir l-ebda abbuż b’rabta mas-sahra tal-Pulizija.
Fi stqarrija ġie spjegat li fil-frattemp ġiet introdotta miżura addizzjonali fejn l-uffiċjali tal-pulizija jibdew jużaw l-access control cards sabiex jiffaċilitaw aktar il-kontroll fuq ix-xogħol li qiegħed isir f’dan ir-rigward.
Farrugia jixtieq jiċċara li minkejja l-miżuri li ttieħdu, huwa diġà kkomunika b’mod immedjat mal-awtoritajiet kompetenti li min-naħa tagħhom bdew jagħtu l-attenzjoni dovuta lill-allegazzjoni inkwistjoni.
Dan il-pass qiegħed jittieħed peress li bl-ebda mod ma jista’ wieħed jaċċetta li jkun hemm dubju dwar is-serjetà fil-qadi tad-dmirijiet ta’ kull min jaħdem fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.