Ħadd mill-pazjenti u l-ħaddiema fis-sala tal-isptar Mater Dei, fejn kien rikoverat l-anzjan li miet il-Ħadd waqt li kien bil-Coronavirus, ma rriżulta fil-pożittiv għall-virus.
Dan ġie kkonfermat wara intraċċar tal-kuntatti.
Fi stqarrija, l-Ministeru għas-Saħħa spjega kif l-anzjan daħal l-ewwel darba l-isptar fid-9 ta’ Awwissu li għadda. Huwa kien irriżulta negattiv għall-virus iżda fit-23 t’Awwissu l-kundizzjoni tiegħu qelbet għall-agħar u reġa’ sarlu test għall-Covid-19 fejn rriżulta fil-pożittiv.
L-anzjan ġie trasferit fit-taqsima għall-mard infettiv, fl-24 ta’ Awwissu u sfortunatament miet il-Ħadd li għadda.