Tlett xhur wara l-kolp ta’ Stat , osservaturi Indipendenti ċaħdu l-allegazzjonijiet li kien hemm xi frodi fil-voti fl-elezzjonijiet ta’ Myanmar fl-2020.
L-Aġenzija Asjatika għall-Elezzjonijiet, qalet kif ir-riżultat tal-elezzjonijiet kien jirrappreżenta dak li fil-verita riedu n-nies ta’ Myanmar.
Il-militar kien ġġustifika l-kolp ta’ stat wara li qalu li kien hemm xi tip ta’ frodi, iżda lanqas kienu ressqu ‘l quddiem xi tip ta’ evidenza.
Sa issa il-militar fi Myanmar għadhom ma rreaġixxewx għal dan ir-rapport.