Il-President tal-Belarus Alexander Lukashenko ċaħad li s-servizz tas-sigurtà tiegħu kien b’xi mod involut fil-mewt tal-attivist Vitaly Shishov li nstab mejjet fl-Ukrajna ġimgħa ilu.
F’kummenti lill-midja l-President instema’ jgħid li l-attivist ma kien ħadd għalih. Shishov kien qed jagħti l-għajnuna lill-persuni li xtaqu jaħarbu mill-Belarus għall-Ukrajna wara l-elezzjoni fil-pajjiż li nħakem minn protesti kontra Lukashenko nnifsu. Is-sensiela ta’ dimostrazzjonijiet kienu l-akbar sfida li Lukashenko affaċċja tul is-27 sena tiegħu fil-kariga.
Ritratt: AFP