Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech jiftaħ attakk fuq il-Gvern meta mistoqsi dwar l-aġir ta’ Karol Aquilina barra l-bini tal-Parlament. Dan eżatt wara li l-Oppożizzjoni ħarġet ’il barra biex ma tivvotax fuq mozzjoni tal-Gvern li, fost l-oħrajn, tikkundanna l-aġir tal-Kap de facto, Karol Aquilina.
Madankollu, meta ffaċċjat mill-midja, Grech, evidentement skomdu, għażel li jkompli jattakka lill-Gvern, flok iwieġeb dwar dak li suppost jiġi taħtu.
Ġurnalist: “Tikkundanna l-aġir ta’ Dr Aquilina, iva jew le?”
Grech: “Jiena nikkundanna lill-Gvern.”
Meta, imbagħad, kien mistoqsi minn dan l-istazzjon dwar dak li kien żvelat minn din il-kamra tal-aħbarijiet qabel is-seduta tat-Tnejn waranofsinhar, Grech għażel li jistaqsi lill-ġurnalist x’kienet il-linja tal-Partit Nazzjonalista.
Ġurnalist: “Dr Grech tikkonferma li kien hemm deputati li ma ridux jivvotaw skont il-linja tal-Partit u b’hekk ħriġtu ’l barra? Kif staqsa l-kollega.”
Grech: “Ippermettili, il-linja tal-Partit x’inhi?”