Id-Dipartiment tal-Edukazzjoni waqqaf pagamenti lil Mr Clean minħabba rapport ta’ prekarjat.
Kelliem għall-Ministeru tal-Edukazzjoni qal li l-aħħar pagamenti lil din il-kumpanija saru f’Diċembru. Jirriżulta li r-rapporti kienu marbuta mal-fatt li sar ħlas li kien inqas mill-paga minima.
Issa l-każ għadda f’idejn id-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg, filwaqt li l-kumpanija kienet mgħarrfa li se jitwaqqfu l-pagamenti.
Ċirkulari tal-Gvern dwar il-Kuntratti tgħid li, fl-2015, il-paga minima tal-ħaddiema tat-tindif f’uffiċċji kellha tkun €4.52.
B’25 ċenteżmu kull siegħa bħala allowance u bonuses, l-ammont totali kien jitla għal €4.77 fis-siegħa.
L-istess ċirkulari tgħid ukoll li, dawk li jaħdmu f’sptarijiet, kellhom jitħallsu paga bażika ta’ €5.13, b’allowances ta’ 55ċ fis-siegħa, għal total ta’ €5.38 fis-siegħa.
L-eksħaddiema ta’ Mr Clean qalu li huma kienu mħallsa rata fissa ta’ €4.20 fis-siegħa, inkluż il-Ħdud u festi pubbliċi.
Il-każ tqajjem wara li d-diretturi ta’ Mr Clean kienu akkużati fuq traffikar ta’ ħaddiema Filippini lejn Malta permezz ta’ dak imsejjaħ aġenzija ta’ reklutaġġ.
Dwar dan, il-Qorti semgħet kif il-ħaddiema kienu mwiegħda €5,000 talli jkollhom xogħol, ikel b’xejn u akkomodazzjoni f’Malta. Madanakllu, il-kuntratti nbiddlu hekk kif il-Filippini jaslu Malta.