Fi Spinola l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal li li fl-elezzjoni ġenerali li ġejja, ma jridx li l-għażla tkun bejnu u bejn Joseph Muscat.
Wara li lbieraħ f’Ħ’Attard appella lid-deputati Laburisti biex ineħħu lill-Prim Ministru, għal darb’oħra fetaħ l-attakk kemm felaħ fuq Joseph Muscat u qal li għandu jitlaq ‘il barra issa.
Id-diskors kollu tiegħu ta’ Jum il-Ħaddiem reġa’ kien iddominat minn attakki, mhux biss fuq il-Prim Ministru iżda anke fuq l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna.
Tant li sejjaħ lill-Kummissarju tal-Pulizija “pupazz”.
Stonaw bi kbir in-nuqqas ta’ proposti validi, għajr li jekk ikun fil-Gvern, ikollu Ministeru dedikat għall-ekonomija; ħaġa li diġà għandna.
M’għamel assolutament ebda referenza għall-aħħar skandlu żvelat li kixef in-nuqqas ta’ trasparenza tal-PN; dak b’rabta mal-mod kif frodaw fondi Ewropej il-Membri Ewro-Parlamentari Nazzjonalisti.