Simon Busuttil baqa’ iżolat fin-negattivita’ tiegħu. Anke jekk illum kellu l-ewwel okkażżjoni biex jitkellem fit-tul, wara ġimgħa pożittiva għal pajjiżna. Kienet ġimgħa li magħtulha kienet inawgurata l-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, u ttieħdet deciżjoni formali mill-Kummissjoni Ewropea, li approvat il-proġett tal-enerġija. Barra minn hekk, l-istatistika għall-darb’oħra wriet li pajjiżna għandu l-inqas livelli qatt ireġistrati fid-defiċit u il-qgħad,
Iżda waqt li ndirizza attività politika, Simon Busuttil reġa qal li pajjiżna m’għandux bżonn il-powerstation. L-istess powerstation li l-Kummisjoni Ewropea ma ħalliet ebda dubbju dwar il-bżonn tagħha. Kienet il-Kummissjoni li qalet kemm hija bżonnjuża għax issarraf fi prezzijiet irħas, arja nadifa, sostenibilità fl-enerġija u l-koerenza ma’ regoli ewropej f’dan il-qasam.
Dan kollu qalu wkoll il-Viċi President Maros Sefcovic meta kien f’pajjiżna, iżda ma sewa xejn għal Busuttil. Għal kull dubbju li qajjem il-Kap tal-Oppożizzjoni f’seduta Parlamentari f’pajjiżna mal-Kummissarji Ewropej, il-President tal-Kummisjoni Ewropea Jean Claude Juncker wieġbu billi qallu li ma jaqbilx assolutament miegħu.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni dalgħodu wera li ma semax lanqas mill-istituzzjonijiet Maltin.
Per eżempju l-Awditur Ġenerali qal b’mod ċar li s-shadow Minister Jason Azzopardi ma mexiex bi gvernanza tajba, meta ta l-art magħrufa bħala tal-Lowenbrau. Minkejja dan kollu Busutill għadu ma ħa l-ebda azzjoni.