Il-whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista, Robert Cutajar, qal li l-Partit Nazzjonalista u l-Kap tiegħu Adrian Delia m’għandhomx għalfejn jiskużaw ruħhom tal-gidba fuq il-Prim Ministru, bil-kampanja ta’ Egrant qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali.
Cutajar qal dan f’diskussjoni mal-whip tal-grupp parlamentari Laburista, Byron Camilleri, fuq ONE BREAKFAST.
Il-publikazzjoni sħiħa tal-konklużjonijiet dwar l-inkjesta Egrant kienet waħda mill-ġrajjiet ewlenin ta’ dan is-sajf. U meta reġa’ beda jiltaqa’ l-Parlament il-Prim Ministru tkellem dwar kif min rewwaħ din il-gidba għandu jkollu d-diċenza jitlob skuża.
Byron Camilleri fakkar kif oriġinarjament Delia rrikonoxxa l-iżball tant li ried ineħħi lil Simon Busuttil. Iżda, Cutajar qal li dan mhux il-każ
Iżda, Cutajar dlonk kien imfakkar f’dak li tassew ġara mill-Whip tal-Gvern Byron Camilleri, li qal li “Simon Busuttil sfida lil Adrian Delia u fl-aħħar Simon Busuttil rebaħ waħda”.