Mijiet ta’ persuni pprotestaw kontra l-preżenza tal-President Amerikan Donald Trump f’Pittsburgh, biex ifakkar il-memorja tal-11-il persuna li nqatlu fis-sinagoga Tree of Life fil-jiem li għaddew.
Id-dimostranti ġarrew kartelluni b’messaġġi kontra dak li ddeskrivew bħala “diskors li qed iqanqal il-mibgħeda razzjali”.
Iż-żjara ta’ Trump ġiet fl-isfond li bdew jindifnu l-ewwel vittmi ta’ dan il-massakru.
Intant, fil-Qorti f’Pittsburgh tressqu mhux anqas minn 29 akkuża federali kontra Robert Bowers, li qed ikun akkużat li ppjana u saħansitra wettaq dan l-attakk.