Mhux xogħol, imma karriera.
Din hi l-mentalità li qiegħdin jipprovaw inisslu l-edukaturi tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi.
Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis dalgħodu żar il-Freshers Week. Akkumpanjat mid-Direttur Eżekuttiv Pierre Fenech, ltaqa’ mad-diversi persuni li kienu lesti biex jigwidaw lill-istudenti fid-diffikultajiet tagħhom.
Għas-sena skolastika li qed tibda, madwar 300 student ġdid għażel li jkompli l-istudji tiegħu f’dan l-istess istitut, fejn l-emfasi tibqa’ li tinbena karriera ta’ eċċellenza u mhux sempliċiment impjieg.
Claire Briffa, il-kap tas-servizzi korporattivi, spjegat magħna li minn din is-sena, l-Istitut għall-Istudji Turistiċi se jkun qed joffri wkoll numru ta’ placements. Dan ifisser li l-istudenti se jkollhom esperjenza tax-xogħol waqt li jkunu qed jistudja. Se jibqa fis-seħħ il-programm tal-internship, li pemezz tiegħu, studenti jkomplu jistudjaw għal sena barra minn pajjiżna.
https://www.youtube.com/watch?v=JJ2D0aww0zM