Membri tal-Parlament Ewropew qed jinsistu li m’għandniex nibqgħu indawru s-siegħa u l-Kummissjoni Ewropea qed tistudja l-proposta. Fil-fatt fl-aħħar jiem it-tema spiċċat diskussa fis-sessjoni plenarja tal-istess parlament.
Il-Membru Parlamentari Ewropew Irlandiż, Deirdre Clune, sostniet li din li ndawwru s-siegħa għandha tispiċċa. Għal Clune din hi prattika antikwata li m’għadhiex meħtieġa.
Argumentat li meta ndawru s-siegħa lura għall-ħin tax-xitwa, ikollna iktar sigħat ta’ dawl filgħodu imma inqas filgħaxija. Clune sostniet li filgħaxijiet iktar imdawla, iwasslu għal iktar sigurtà t-toroq, u konsum inqas t’enerġija.
Barra minn hekk sostniet li lejliet iktar imdawlin iħallu effett pożittiv fuq is-saħħa tan-nies.
Oħrajn ukoll qablu li s-siegħa għadnha tibqa’ l-istess is-sena kollha. Għalkemm mid-dehra jagħżlu siegħa differenti. “Kieku kellu jiddeċiedi l-Parlament r-Rebbiegħa li ġejja ma ddawrux l-arloġġ. Dak nemmen. Il-problema hi li l-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill donnhom jgħixu f’kontinent differenti minn tagħna, li ta lill-bniedem imħuħ kbar bħal Gallileo, għalkemm ironikament sem- mejna programmi bħalhom. Id-dinja ddur max-xemx u mhux bil-kontra u l-bniedem mhux Alla li jista’ joħloq iktar dawl billi jdawru l-arloġġ,” qal il-membru tal-Parlament Ewropew Indrek Tarand tal- Ħodorlitennalidintaffettwa wkoll il-ħajja tal-annimali.