Il-Kap ta’ Alleanza Bidla, Ivan Grech Mintoff, ma tħalliex jikkontesta fuq id-Distretti ta’ Malta kollha fit-3 ta’ Ġunju li ġej.
Dan wara li l-Kummissjoni Elettorali laqgħet l-oġġezzjoni tal-Moviment Patrijotti Maltin. Wara l-oġġezzjoni, il-Kummissjoni Elettorali rrefferiet għal-liġi li tgħid ċar li l-kandidat ma jistax jikkontesta l-elezzjoni ġenerali fuq aktar minn żewġ distretti.
Dan ifisser li minkejja Ivan Grech Mintoff u kandidati oħra tal-Alleanza Bidla xeħtu n-nomina tagħhom fuq il-maġġoranza tad-distretti se jkunu qed jikkontestaw biss fuq l-ewwel żewġ distretti li tefgħu l-ewwel nomina fuqhom, bin-nomini l-oħra sottomessi jiġu invalidi.
Dan iffisser li issa l-Kap tal-Alleanza bidla se jkun qed jikkontesta fuq l-1 u t-12-il Distrett.