Il-ġenituri ta’ tarbija li kienet qed tmut tħallew ħin limitat biex iqattgħu l-aħħar mumenti mat-tarbija tagħhom tul l-aħħar ġimgħat kawża ta’ żball li ħadu s-social workers fl-Ingilterra.
Wara investigazzjoni b’rabta mal-ħarsien tat-tifel, il-ġenituri tpoġġew taħt superviżjoni stretta mill-Kunsill ta’ York. Dan ifisser li l-ġenituri, li aktar tard inħellsu minn kull akkuża, setgħu jqattgħu ħin mat-tarbija fil-preżenza ta’ xi ħadd.
Aktar tard il-kunsill talab skuża u ħallas lill-familja £2,000 tal-inkwiet li kkawżalhom.
Kien wara li ttieħed l-isptar, b’rabta ma’ diffikultà fin-nifs, li t-tobba nnutaw ġrieħi li kellu mal-kustilji – liema tarbija kellha numru ta’ kundizzjonijiet ta’ mard.
Għalkemm il-ġenituri spjegaw li dawn setgħu ġew ikkawżati fi sptar preċedenti, huma tpoġġew taħt superviżjoni strettau b’hekk ma setgħux iqattgħu ħafna ħin ħdejn it-tarbija tagħhom.