Il-Malti jgħid li mill-iżbalji titgħallem, iżda dan jidher li mhux il-każ għall-Partit Nazzjonalista.
Dan għall-fatt li l-aħħar billboard li ħareġ fit-toroq Maltin għandu żewġ żbalji! Bil-kelma “kulħadd” tinkiteb b’mod żbaljat, bid-doppja ‘ll’ minflok b’waħda.
Jidher ukoll li l-Partit Nazzjonalista ma jafx ir-regoli bażiċi ta’ lsienna fejn żewġ vokali ħdejn xulxin ma joqogħdux.
Bħal f’dan il-każ “ma irridx” kellha tinkiteb “ma rridx”.
Wara li beda l-kampanja elettorali fuq sieq ħażina bi żball oħxon fuq l-ewwel billboard li ħareġ fit-toroq, jidher li l-Partit Nazzjonalista baqa’ ma tgħallimx… anzi mar għall-agħar!