Franza huwa l-ewwel pajjiż Ewropew li pprojbixxa l-użu ta’ tazzi u platti tal-plastik. Il-liġi Franċiża tgħid li dawn it-tip ta’ platti u tazzi li jintremew wara li tużahom, tista’ tużahom biss jekk 50% tal-materjal ikun bijoloġiku, jiġifieri li jista’ jiġi dekompost sa Jannar 2020.
Din hija miżura li ttieħdet bħala parti mill-pjan Franċiż biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima. Dan il-pajjiż Ewropew jixtieq li jkun katalist u jservi ta’ eżempju għall-pajjiżi Ewropej oħra fejn jidħlu soluzzjonijiet ambjentali u tal-enerġija.
Statistika ppublikata mill-Assoċjazzjoni Franċiża għas-saħħa u l-Ambjent, turi kif 150 tazza tal-plastik jintremew kull sekonda li jammonta għal 4.73 biljun tazza f’sena. Jiġu riċiklati 1% biss ta’ dan l-ammont sinifikanti, primarjament minħabba l-materjal li huwa taħlitha ta’ lypropylene u polystyrene.